Lokali

Il-konsulent ta’ Chris Cardona jikkunsidra li jwaqqa’ l-libelli dwar il-każ tal-burdell Acapulco

Aġġornata

Il-konsulent tal-Ministru Chris Cardona Joe Gerada qed jikkunsidra li jwaqqa’ l-libelli li kien fetaħ fil-konfront tal-ġurnalista Daphen Caruana Galizia dwar il-każ tal-FKK Acapulco.

Ftit aktar minn sena ilu kienet ippubblikata storja li fiha kien ingħad li Joe Gerada flimkien mal-Ministru Chris Cardona, kienu żaru l-burdell fil-Ġermanja waqt li kienu msefrin fuq impenn Ministerjali tal-Gvern.

Iż-żewġ persuni kienu fetħu libelli kontra Daphne Caruana Galizia u saħansitra ffriżaw l-assi tal-ġurnalista f’mossa li kienet deskritta minn ħafna bħala anti-demokratika.

Imma hekk kif fil-Qorti kompla jinstema’ dan il-każ, ir-raġel tal-ġurnalista Daphne Caruana Galiza qal li skont l-avukati ta’ Joe Gerada, jidher li Joe Garada qed jikkunsidra li jwaqqa’ l-kaz hekk kif m’ghadx hemmx aktar interess li l-każ ta’ libell jitkompla.

Fix-xhur li għaddew, kemm Joe Gerada kif ukoll il-Ministru Chris Cardona sofrew telfa fil-Qorti, meta l-Qorti preseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale, laqgħet it-talba tal-avukati ta’ Caruana Galizia biex tkun friżata d-‘data’ tal-mobile ta’ Gerada u Chris Cardona, liema informazzjoni tista’ twassal biex turi fejn kienu ż-żewġ persuni dakinhar tal-burdell.

Sadanittant, il-Ministru Chris Cardona kien anke fetaħ libell kontra l-media ta’ NETnews wara li dan l-istazzjoni kien mar il-Ġermanja u għamel investigazzjoni dwar jekk il-Ministru kienx veru fil-burdel. Il-każijiet kollha għadhom għaddejjin fil-Qorti.