Tal-anqas persuna waħda ġiet arrestata llejla f’Paceville, aktarx minħabba teħid u abbuż tad-droga.
Persuni li bagħtu r-ritratt ta’ fuq lil NET News qalulna li raw lill-Pulizija jeskortaw taħt arrest tal-anqas persuna waħda. Imma mhux eskluż li xi persuni oħra laħqu tferrxu malli raw lill-Pulizija.
Filwaqt li dan il-każ sa dan il-ħin għadu ma ġiex ikkonfermat mal-Pulizija, xhieda li raw kollox qalulna li aktarx, il-persuni involuti huma ta’ xi nazzjonalita’ barranija.
Il-persuna tar-ritratt ġiet arrestata fi Triq Spinola, kantuniera ma’ Triq San Ġorġ, u l-persuni li tkellmu ma’ NET News qalulna li l-arrestat ittieħed l-għassa ta’ San Ġiljan, iktar ‘l isfel tul it-triq, bil-mixi.
//= $special ?>