Lokali Parlament

L-ekonomija mhix sejra tajjeb għal kulħadd xorta

Arkivji

– Edwin Vassallo, PN

Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu dwar l-Abbozz li jemenda l-Kodiċi Ċivili, id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-ekonomija mhix sejra tajjeb għal kulħadd u għalhekk appella lill-gvern biex jgħin lis-setturi vulnerabbli.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li r-realtà ta’ din il-liġi se tmiss numru ta’ sidien ta’ ħwienet u propjetajiet u appella biex issir ġustzzija bejn is-sidien tal-kirjiet u s-sidien tal-ħwienet jew garaxxijiet. Din hi sitwazzjoni bla preċedent għaliex issa numru ta’ negozji, fil-31 ta’ Mejju 2018 se tkun id-data li fiha tintemm il-kirja għaliex kien hemm tliet persuni involuti fil-kirja. Jekk ma jinstabx ftehim ma’ sid il-kera u biex ma jkunx hemm konflitt u ma jispiċċax barra sid in-negozju, il-gvern qed jagħti poter lill-Bord tal-Kera jkun jista’ jiddeċiedi min se jagħmel rikors quddiemu bħala sid il-ħanut.

Il-ġustizzja għandha ssir bejn il-partijiet kollha, sostan Edwin Vassallo, li kompla li min qed imexxi l-ħanut involut jista’ jmur quddiem il-bord u jagħti prova li jekk il-bord mhux se jiddeċiedi favurih hu se jispiċa bla xogħol. Il-Bord tal-Kera għandu jingħata direzjzoni legali biex tidderizzjonah fid-deċiżjonijiet tiegħu.

Edwin Vassallo ppropona li kriterju minnhom hu li l-persuni ta’ iktar minn 50 sena ma jingħatawx self mill-banek, il-bord għandu jitlob l-aspett finanzjarju dwar il-persuni li jitolbu li jibqgħu joperaw fil-post tal-attività kummerċjali u jekk għandux propjetà.

Hu appella biex il-ġudikant ikollu linja gwida fuq linaj direzzjoni għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu bla ma jkun hemm rabta tassattiva. Il-ġudikant għandu jikkundra l-età ta’ min qed jagħmel ir-rikors, l-aspett finanzjarju ta’ min qed jagħmel ir-rikors u l-lista ta’ propjetà.

Edwin Vassallo qal li s-settur tal-bejjiegħa hu vulnerabbli ħafna u iktar minn qatt qabel f’umnet fejn kulħadd jaħseb li l-ekonomija sejra tajba. Minkejja dan hawn ħafna li għalihom is-sitwazzjoni mhix hekk. Għalhekk hu faċli li jkun hawn ġudikant li dak li jingħad hu ugwali għal kulħadd xorta. Edwin Vassallo qal li l-gvern mhux jagħti l-għajnuna neċessarja lis-setturi li huma vulnerabbli.