Il-Lega ta’ Matteo Salvini hu l-aktar partit li ġab voti minn fost il-koalizzjoni rebbieħa taċ-Ċentru-Lemin. Dan kien konfermat sa mill-ewwel sigħat minn mindu ħarġu l-exit polls.
Iċ-Ċentru-Lemin ġab 37 fil-mija.
Salvini waħdu ġab 18.2 fil-mija tal-voti, u għalhekk qabeż lil Silvio Berlusconi. Dan ifisser li Matteo Salvini, magħruf għall-pożizzjonijiet estremi tiegħu, se jkun laħaq il-mira personali tiegħu li jkun hu Prim Ministru tal-Italja. Għalkemm issa għalih se tkun biċċa uġiegħ ta’ ras kbira biex jifforma Gvern.
Il-Movimento 5 Stelle ġabu 31.6 fil-mija, u għalhekk huma l-partit bl-akbar appoġġ ta’ voti (bħala partit waħdu).
B’kollox ivvutaw 73 fil-mija tal-elettorat f’din l-elezzjoni, li sa issa għadha ma tatx riżultat konklussiv.
Li hu żgur hu li l-Partito Democratico, tal-grupp Soċjalista, se jispiċċaw mill-ġdid fl-Oppożizzjoni. Dan qed ipoġġi pressjoni kbira fuq Matteo Renzi, b’possibilta’ kbira li jirriżenja.
//= $special ?>