Internazzjonali

Lejn ir-riżenja ta’ Matteo Renzi

Renzi fuq il-Fosos ma' Muscat
L-eks Prim Ministru Taljan kien forċina għal Muscat fl-aħħar elezzjoni ġenerali

Ftit tal-minuti ilu ħareġ l-aħbar illi Matteo Renzi se jkun qed jirriżenja minn Segretarju tal-Partit Demokratiku. Dan wara li l-PD falla bi kbir fl-elezzjoni ġenerali fl-Italja.

L-aħbar għadha ma ġietx konfermata uffiċjalment mill-PD.

Disa’ xhur ilu Renzi kien f’Malta biex jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lil Joseph Muscat fl-elezzjoni.

Ħafna jgħidu li Renzi minn dejjem kien ispirazzjoni għal Mexxej Laburista.