Kastilja trid li jkollha kontroll akbar fuq l-operat ta’ Clifton Grima, is-Segretarju Parlametari għall-Isport, u l-għażla waqgħet mill-ġdid fuq Mark Cutajar
Dan hekk kif ed isiru numru ta’ manuvri bl-iskop li Mark Cutajar jerġa’ jirritorna fit-tmexxija ta’ SportMalta bħala Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni. Żvelat dan il-gazzetta In-Nazzjon.
Membri ta’ għaqdiet nazzjonali tal-isport fil-jiem li għaddew tkellmu u wrew id-diżappunt tagħhom għal dak li qed jisimgħu fis-sens li Mark Cutajar se jerġa jirritorna fit-tmexxija ta’ SportMalta.
Kastilja hi konxja mill-fatt li fl-ewwel leġislatura ta’ Gvern immexxi minn Joseph Muscat ftit li xejn sar b’mod tanġibbli fil-kamp sportiv u dak li sar ma jibdiex mal-volum qawwi ta’ inizjattivi li kienu ttieħdu mill-gvernijiet preċedenti, l-aktar fil-leġislatura ta’ bejn l-2008 u l-2013 meta fis-settur kienu saru ħafna xogħlijiet.
Is-sorsi fissru li mhux eskluż li xi wħud mill-istess għaqdiet nazzjonali kitbu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar dan u daqstant ieħor mhux eskluż li kien l-istess Mark Cutajar li tkellem mal-Prim Ministru biex jaġevola r-ritorn tiegħu bħala Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ta’ SportMalta.
Mark Cutajar kien irriżenja mill-kariga ta’ Aġent Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ta’ SportMalta f’Ottubru 2017. Ismu kien fl-aħbarijiet ukoll b’rabta max-xiri tal-biljetti tal-ajru mixtrija mill-Kumitat Olimpiku Malti (KOM), u li kienu jammontaw għal mijiet ta’ biljetti kull sena fis-sentejn ta’ qabel, li fil-parti l-kbira nxtraw b’direct order mill-aġenzija tal-ivvjaġġar Hamilton Travel.
F’terminu ta’ ewro, il-flus minfuqa fix-xiri tal-biljetti tal-ajru kien jammonta għal eluf kbar ta’ ewro kull sena. Dakinhar kien irriżulta li sa ma bdew dawn l-abbużi, il-prassi użata kienet li jinġabru tliet kwotazzjonijiet mingħand aġenziji tal-ivvjaġġar differenti, bid-deċiżjoni kienet tittieħed skont il-prezzijiet
//= $special ?>