Sport Sport Ieħor

Mijiet ta’ barranin jikkompetu fil-Malta Dance Sport Cup

Fi tmiem il-ġimgħa f’Malta kien hawn madwar 200 koppja barranin li ħadu sehem fl-akbar kompetizzjoni taż-żfin li ssir f’Malta, il-‘Malta Dance Sport Cup’.

Dawn il-koppji kienu ġejjin minn madwar 26 pajjiż differenti, fosthom mill-Kolombja, mill-Awstralja, mill-Awstrija, mil-Litwanja, mir-Repubblika Ċeka, mill-Albanija, mil-Bulgarija, mill-Iżrael, mir-Russja u mill-Belarus.

Din l-attività kellha s-sehem ukoll ta’ 30 uffiċjali u ġurija minn 15-il pajjiż differenti.

Preżenti waqt il-kompetizzjoni kien hemm anke l-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca li qalet li avvenimenti bħal dawn għandhom ikunu onorati f’Malta għaliex iġibu l-għaqda bejn il-pajjiżi, kulturi u nies differenti speċjalment waqt ġlied u diżgrazzji li qed ngħaddu minnhom madwar id-dinja.