Matul il-lejl li għadda saret id-90 edizzjoni tal-Academy Awards li tirrikonoxxi l-aqwa xogħolijiet ċinematografiċi, jew kif inhi magħrufa aħjar bħala il-lejla tal-Oscars.
Il-film The Shape of Water kien ir-rebbieħ ewlieni hekk kif rebaħ erba’ Oscars fosthom dak tal-aħjar film u tal-aħjar direttur li ntrebaħ minn Guillermo del Toro. L-attur Ingliż Gary Oldman rebaħ l-Oscar għall-aħjar attur għall-parti tiegħu bħala Winston Churchill fil-film The Darkest Hour. L-Oscar għall-aħjar attriċi intrebaħ minn Frances McDormand għall-parti tagħha fil-Film Three Billboards Outside Ebbing, Missouri.
L-ebda sorpriża fil-kategorija tal-films ta’ animazzjoni fejn l-Oscar intrebaħ mill-aħħar produzzjoni tal-kumpanija Pixar, Coco kif ukoll l-Oscar għall-aqwa kanzunetta oriġinali.
Il-film Dunkirk rebaħ tliet awards tekniċi.
Is-serata, li kienet mmexxija mill-komiku Jimmy Kimmel, ma kienitx nieqsa mill-kontroversji fosthom b’referenzi dwar l-iskandlu ta’ Harvey Weinstein u l-liġijiet dwar il-kontroll fuq ix-xiri tal-armi.
//= $special ?>