Manchester Utd kisbu rebħa preżżjuża ta’ 3-2 barra minn darhom kontra Crystal Palace biex issa jinsabu fit-tieni post tal-klassifika tal-Premiership, 16-il punt taħt il-liders Manchester City.
Fil-11-il minuta Palace fetħu l-iskor b’gowl ta’ TOWNSEND li ra x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa jkun devjat minn Lindelof u b’hekk il-ballun qarraq bil-gowlkiper qabel ma spiċċa fix-xibka.
Hekk kif bdiet it-tieni taqsima Palace żiedu ieħor meta Schlupp ta free kick mal-ewwel u għadda l-ballun lejn VAN AANHOLT li daħal fil-kaxxa u għeleb lil De Gea.
Kien fl-54 minuta meta waslet ir-reazzjoni ta’ Man Utd li naqqsu d-distakk b’gowl ta’ SMALLING li skurja b’daqqa ta’ ras f’azzjoni ta’ corner. Kwarta mit-tmiem Man Utd ġabu d-draw meta l-ewwel Sanchez ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-lasta qabel ma l-ballun spiċċa għand LUKAKU li evita difensuri avversarji u skurja b’xutt fil-baxx.
Fil-ħin miżjud MATIC skurja gowl tal-istampi b’xutt minn barra l-kaxxa biex ta rebħa drammatika lir-Red Devils.
//= $special ?>