Il-playmaker Olandiż Wesley Sneijder ħabbar li rtira minn mat-tim ta’ pajjiżu. Sneijder, li għandu 33 sena wasal għal din id-deċiżjoni wara laqgħa li kellu mal-kowċ nazzjonali Ronald Koeman.
Dan tal-aħħar infurmah li fit-tim nazzjonali se jaħdem bi plejers żgħar u kien hawn fejn il-plejer veteran iddeċieda li mhux se jibqa’ jkun disponibbli għall-Olanda.
Minn naħa tiegħu Sneijder qal li meta għażel li jmur jilgħab il-Qatar ma’ Al Gharafa kien jaf li x’aktarx se jitlef postu man-nazzjonal u jirrispetta d-deċiżjoni ta’ Koeman.
Sneijder kien iddebutta mal-Olanda f’April tal-2003 u b’kollox lagħab 133 darba ma’ pajjiżu.
//= $special ?>