Sport Sport Ieħor

TENNIS: Fognini jirbaħ l-Open tal-Brażil

Fabio Fognini wettaq rimonta u rebaħ bi skor ta’ 1-6 6-1 6-4 kontra Nicolas Jarry taċ-Ċili biex rebaħ l-Open tal-Brażil.

It-tennista Taljan beda jbati fl-ewwel fażi tal-logħba imma aktar ma beda jgħaddi ħin dan aktar beda jieħu kontroll tal-logħba hekk kif approfitta mill-għejja tal-avversarju tiegħu li kien qed jikkompeti għall-ewwel darba f’finali tal-ATP.

Fi tmiem il-partita, meta ġie ppreżentat it-trofew Fognini qal li ddedika s-suċċess tiegħu għall-plejer tal-futbol Davide Astori, li nstab mejjeħ nhar il-Ħadd hekk kif kien qiegħed mal-kumplament tat-tim ta’ Fiorentina li kienu se jilagħbu kontra Udinese.