Kultura Lokali

‘tentufiet’ jarawh aktar minn miljun darba fuq Facebook

tentufiet kien qed jittella' kuljum fuq il-paġni ta' Facebook u l-filmati laħqu aktar minn 1,000,000 view.

Il-programmi televiżivi ta’ ‘tentufiet’ li bdew jintwerew fuq l-istazzjon Net Television minn Ottubru li għadda u li ta’ kuljum kienu qed jittellaw fuq il-paġni ta’ Facebook ta’ tentufiet kif ukoll ta’ Net Television, laqħu aktar minn 1,000,000 view.

tentufiet, huwa produzzjoni ta’ Reel8 Productions Ltd u jitratta dwar karatteristiċi differenti mill-kultura Maltija u jagħtihom iktar ħajja permezz ta’ enfasi fuq il-ħsejjes tagħhom.

Wieħed mill-parteċipanti tal-ġostra jipprova jaqbad il-bandiera hu u jaqbeż il-baħar.

Fost l-aktar programmi popolari u li niżlu tajjeb ħafna mas-segwaċi ta’ Net Television kien il-programm dwar il-ġostra, logħba tradizzjonali Maltija u li għadha ssir f’San Ġiljan u l-Imsida.

Ta’ kuljum għall-ħabta tal-5am tinżel taħsel il-ħwejjeġ tagħha fl-Għajn tal-Ħasselin.

Tentufa kulturali oħra li niżlet tajjeb ħafna kienet dik dwar l-attività fl-għajn tal-ħasselin, il-Fontana. Drawwa li tmur lura għal għexieren ta’ snin u li għadha ssir kuljum fil-gżira Għawdxija. In-nisa fl-għajn jirrakuntaw kif ta’ kuljum jerħula lejn l-għajn fejn hemm jaħslu l-ħwejjeġ tagħhom, li jinkludu wkol t-twapet, il-lożor, purtieri u anki ħwejjeġ ta’ taħt.

Wieħed mill-fran Qriema

Il-kameras ta’ tentufiet żaru wkoll uħud mill-fran Qriema li ta’ kull filgħodu jfewħu lir-raħal bir-riħa ta’ ħobż frisk. Dan ukoll kien wieħed mill-programmi popolari fost is-segwaċi ta’ Net Television.

Net News tkellem mat-tim tal-produzzjoni ta’ dan l-programm. Filwaqt li rringrazzja lill-pubbliku u lis-segwaċi tas-sapport tagħhom, hu rringrazzja lil Net Television talli emmen fl-idea ta’ dan il-programm sa mill-bidu nett u rringrazzja wkoll lill-Kunsill Malti għall-Arti għas-sapport tiegħu.

Tista’ tara il-programmi kollha ta’ tentufiet hawnhekk: tentufiet