Internazzjonali

Terremot politiku fl-Italja

Bħal ma kien msitenni, ebda partit jew koalizzjoni ma ġabet il-maġġoranza assoluta fl-elezzjoni tal-Ħadd fl-Italja. Imma xorta waħda kien hemm sorpiżi kbar. Prinċipalment li ż-żewġ partit kbar fil-pajjiż issa hu l-moviment Cinque Stelle u La Lega, bil-moviment Cinque Stelle jkun dak li jikseb l-akbar ammont ta’ voti.

Min-naħa l-oħra l-koalizzjoni taċ-ċentru lemin ta’ Silvio Berlusconi, li jinkludi La Lega, li kontra l-immigrazzjoni u ewro xettiku, flimkien kisbu l-akbar ammont ta’ voti. Imma xorta m’għandhomx biżżejjed biex jiggvernaw.

Imma Matteo Salvini, il-kap tal-La Lega, ħabbar li minnu fih kien se jipprova jinnegozja l-maġġoranza u dan ikabbar il-possibbilta li jkun Prim Ministru. Min-naħa l-oħra Luigi di maio, il-kap taċ-5 Stelle, mhux qed jeskludi l-possibbilta li jissieħeb f’ koalizzjoni.

Xi ħaġa li l-partiti kien qed jeskludi fil-kampanja elettorali. Partit li wkoll hu ewro xettiku, favur l-ambjent u b’pożizzjoni ambigwa dwar l-immigrazzjoni.

Issa se jkun hemm bżonn ġimgħat jekk mhux xhur biex ikun iffurmat Gvern ġdid.

Kien sorprendenti wkoll il-mod kif krolla l-Partit Demokratiku tal-eks Prim Ministru Matteo Renzi. Partit li tilef ħafna voti mill-elezzjoni preċedenti u spiċċa kiseb anqas minn 20 fil-mija tal-voti u bħala konsegwenza ta’ dan Renzi ħabbar ir-riżenja tiegħu minn kap tal-partit.

Is-sena li għaddiet, il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat talab l-għajnuna ta’ Renzi waqt il-kampanja elettorali, tant li dan kien indirizzalu mass meeting. Pjaċir li ma kienx reċiprokat, hekkk if waqt il-kampanja tiegħu Renzi, ma ħassx li kellu jistieden lil Muscat.

L-elezzjoni fl-Italja kienet waħda fejn mar jivvota 73 fil-mija tal-elettorat.

Ir-riżultat li nkiseb fl-Italja fejn il-partiti hekk imsejħa populisti marru minn quddiem qed ikun imxebbaħ mar-riżultat li kien inkiseb fir-Renju Unit fir-referendum dwar il-Brexit u fl-Istati Uniti bir-rebħa ta’ Trump.