Lokali

Adrian Delia jiltaqa’ mal-bejjiegħa fil-Birgu u jitkellem magħhom dwar l-isfidi li jaffaċċjaw

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia t-Tlieta żar is-suq tal-Birgu, l-ikbar suq f’pajjiżna li jifrex sa Bormla.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia t-Tlieta żar is-suq tal-Birgu, l-ikbar suq f’pajjiżna li jifrex sa Bormla.

Akkumpanjat mill-Kelliem tas-Saħħa Stephen Spiteri hu qatta’ ħin twil jiltaqa’ mal-bejjiegħa tal-monti kif ukoll xerrejja li nzertaw fil-post, fejn fost l-oħrajn tkellmu miegħu dwar diversi problemi li jiltaqgħu magħhom.

Fost dawn bejjiegħ li esprima x-xewqa li jitħallew jarma anke filgħaxija bl-iskop li jilħqu iktar persuni, kif ukoll persuna oħra li semmietlu problema bit-tifel tagħha li għandu bżonnijiet speċjali iżda jinsab mingħajr LSA minħabba n-nuqqas li għandna f’pajjiżna.