Futbol Sport

FUTBOL: Riforma fis-Serie A

Il-President tal-CONI Giovanni Malagò ħabbar li l-kampjonat tas-Serie A tal-istaġun li ġej se jibda fid-19 ta’ Awwissu u jintemm fis-26 ta’ Mejju.

Il-finali tas-Super Cup se tintlagħab fit-12 ta’ Awwissu u għad irid jiġi deċiż f’liem grawnd se tintlagħab.

Matul il-ġimgħa se jkun hemm żewġ programmi ta’ logħob, u dawn se jkunu fis-26 ta’ Settembru u fit-3 ta’ April. L-għada tal-Milied se jintlagħab programm ta’ logħob u wara l-waqfa tal-Ewwel tas-Sena l-kampjonat jitkompla fl-20 ta’ Jannar.

Madankollu ta’ min jinnota li l-Ħadd 13 ta’ Jannar se jkun hemm programm sħiħ ta’ logħob tal-Coppa Italia.

L-akbar tbidil se jsir fis-suq ta’ trasferimenti li se jibda jintemm jum qabel ma jibda l-kampjonat.
Dan ifisser li l-perjodu tas-suq ta’ trasferimenti tas-sajf se jagħlaq fit-18 ta’ Awwissu u dak ta’ Jannar se jintemm fid-19 ta’ Jannar.