Lokali

Il-15-il edizzjoni tal-Mixja tal-Ġimgħa l-Kbira b’risq Puttinu

Aqra l-artiklu dwar xi tibdil fid-dettalji mill-organizazzjoni tal-mixja

Għall-ħmistax-il sena konsekuttiva, se terġa’ tiġi organizzata l-Mixja tal-Ġimgħa l-Kbira mill-Mellieħa sal-Isla. Din is-sena wkoll, bħal fis-snin ta’ qabel, id-dħul kollu se jmur għall-Puttinu Cares.

Fi stqarrija, l-organizzaturi ħabbru li din is-sena l-mixja se tibda qabel, hekk kif il-parteċipanti huma mitluba li jinġabru fil-pjazza tal-Mellieħa fin-12.30am, u mhux minn quddiem is-Santwarju.

Se jiġi provdut trasport b’xejn mill-Isla għall-Mellieħa mill-10pm fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka, jiġifieri 29 ta’ Marzu. Dawk interessati fit-trasport għandhom iċemplu fuq 99991800 jew inkella ibagħat messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook. It-trasport se jkun provdut qabel u wara mill-Isla għall-Mellieħa.

Dawk kollha li jitħajru jipparteċipaw m’humiex mitluba jirreġistraw, iżda donazzjoni minima ta’ €10 se tkun mitluba lill-parteċipanti fejn se jmorru b’risq Puttinu Cares.