Il-Gvern ma aċċettax emenda mressqa mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech biex it-tarbija fil-ġuf tiġi protetta u rikonoxxuta bħala parti mill-familja.
Fil-Kumitat tal-Abbozi tal-liġijiet il-Partit Nazzjonalista ressaq din il-mozzjoni biex ikun hemm emenda fi klawżola speċifika fuq dan is-suġġett.
Il-Gvern iżda ma aċċettax l-emenda għaliex ma jridx li jsir dan u ma jridx għaldaqstant li t-tarbija fil-ġuf tiġi rikonuxxuta bħala parti mill-familja.
Il-Partit Nazzjonalista fl-istess kumitat u dwar din l-emenda talab division biex jittieħed vot wara 20 minuta, iżda membri fl-istess Kumitat min-naħa tal-Gvern ma aċċettawx dan.
Id-diskussjoni ġiet posposta għad-9 tal-lejla.
//= $special ?>