– Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-Gvern hu sieket quddiem ir-realtà tal-biża’ li qed jiffaċċjaw familji u anzjani mhedda bi żgumbrament wara li huma jkunu krew propjetà mingħand terzi persuni li ma jkunux sidien tal-propjetà mikrija.
Fil-parlamnet Jason Azzopardi qal li l-gvern hu indifferenti għall-feriti tal-fqar li qed jiġu żgumbrati minn djarhom minħabba l-liġi tal-Gvern Laburista tal-1979. Din il-liġi kienet dikjarata mill-qrati Maltin u mill-qrati fi Starsburgu minħabba li tikser id-dritt tal-propjetà tas-sid.
Dan qed iwassal għal żgumbrament, sostna Jason Azzopardi, li qal li hawn omertà istituzzjonali tat-tkexkix. Il-gvern mhux jitkellem għax mhux iħabbel rasu, qal Jason Azzopardi, li spjega li r-rapport fuq l-impatt soċjali qatt ma kien pubblikat. Dan juri li għall-Gvern dawn in-nies fqar m’humiex importanti għax m’humiex ħbieb ta’ barranin b’kondotta maħmuġa li jingħataw il-miljuni.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern qed jinjora r-realtà ta’ eluf ta’ familji li huma mwerwrin li jiġu żgumbrati u wera iktar minn 250 sentenza tal-qorti mill-2010 sal-2015 li komplew jiżdiedu u aktar familji komplew jiġu żgubrati fit-toroq.
Filwaqt li rrikonoxxa d-drittijiet tas-sidien, Jason Azzopardi qal li l-gvern għandu obbligu soċjali li jintervjeni quddiem din il-problema soċjali iżda l-gvern qed jibda sieket waqt li jagħti l-miljuni lil min irid bħall-VHG, tal-Cafè Premier u persuni oħra viċin tiegħu. Fejn irid il-gvern jaf jgħaġġel, tant li wara biss 48 siegħa mir-rebħa Laburista fl-elezzjoni ġenerali kienu diġà nfetħu l-kumpanija fil-Panama.
Il-problema tal-iżgumbrament qed toħloq problemi kbar minħabba l-kirjiet għoljin li hawn illum. Is-soluzzjoni quddiem din il-problema hi li jkunu rikonoxxuti d-drititjiet tas-sid, iżda l-istat għandu jħallas kumpens lis-sid u jipproteġi lill-inkwilin. Diġà ingħatat sentenza f’dan is-sens għalkemm kienet revokata mill-Qorti Kostituzzjonali.
//= $special ?>