Għaddew ġimgħat sħaħ, u s-sitwazzjoni pendenti li hemm għal tal-ambulanzi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għadha mhu solvuta. Dan ikkonfermah NET NEWS f’kuntatt li għamel ma’ diversi xufiera f’dan id-dipartiment.
Il-kwistjoni tal-ambulanzi f’Għawdex tqajjmet ukoll fil-Parlament permezz ta’ domanda li saret mid-deputat Nazzjonalista David Stellini.
Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru Chris Fearne ikkonferma li għadhom għaddejin il-laqgħat dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn ix-xufiera. Il-ħaddiema huma rappreżentati mill-UĦM.
Bħalissa dawn ix-xufiera qed jagħmlu biss xogħol ta’ emerġenza jew transfers ta’ pazjenti bl-ambulanza.
//= $special ?>