Għawdex Saħħa

Il-Ministru Fearne jikkonferma li għad hemm il-problemi għal tal-ambulanzi

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji
Ix-xufiera tal-ambulanzi f'Għawdex iridu li jkunu trattati l-istess bħal Malta

Għaddew ġimgħat sħaħ, u s-sitwazzjoni pendenti li hemm għal tal-ambulanzi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għadha mhu solvuta. Dan ikkonfermah NET NEWS f’kuntatt li għamel ma’ diversi xufiera f’dan id-dipartiment.

Il-kwistjoni tal-ambulanzi f’Għawdex tqajjmet ukoll fil-Parlament permezz ta’ domanda li saret mid-deputat Nazzjonalista David Stellini.

Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru Chris Fearne ikkonferma li għadhom għaddejin il-laqgħat dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn ix-xufiera. Il-ħaddiema huma rappreżentati mill-UĦM.

Bħalissa dawn ix-xufiera qed jagħmlu biss xogħol ta’ emerġenza jew transfers ta’ pazjenti bl-ambulanza.