Lokali

Importanti bilanċ biex ma jinħolqux inġustizzji fis-soċjetà

– Marthese Portelli, PN

Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli qalet li l-liġi dwar il-kirjiet lil sub-inkwilini għandha toħloq bilanċ bla ma toħloq inġustizzji anki quddiem il-problemi maħluqa mill-prezzijiet tas-suq għall-kirjiet.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista sostniet li mgżandheix issir inġustizzja ma min ikun qed jikri jew mal-kerrej. Il-bord li jirregola l-kera għandu responsabbiltà kbira u l-membri għandhom ikunu kompetenti u ma jkollhomx interessi personali favurihom jew xi ħbieb tagħhom. Il-Bord irid jieħu d-deċiġħjonijiet tiegħu mingħajr dewmien.

Marthese Poertelli sostniet li hu importanti l-element tal-kumpens ġust għall-kerrej u ġustizzja ma’ min ikun fil-kera. Din hi liġi li trid tiġi gwidata minn fatturi importanti dwar id-deċiżjonijiet li jieħu l-Bord. Hi semmiet persuni li jibdew in-negozji tagħhom u allura jkollhom diversi sfidi li huma differenti minn dawk ta’ persuni li jkunu kbar fl-età u allura jkollhom problemi biex isibu impjieg.

Id-deputat Nazzjonalista semmiet l-aspett finanzjarju tal-persuni li jikru u qalet li hemm differena bejn min hu finanzjarajament b’saħħtu u persuni oħra li l-uniku għajxien tagħhom ikun ġej mill-post. Għalhekk irid jinstab bilanċ bejn il-kerrej u s-sub-inkwilin.

Martese Portelli qalet li l-propjetà ta’ min jagħmel ir-rikors għandha wkoll tkun ikkunsidrata flimkien mal-perjodu li l-persuna tkun ilha topera mill-post mikri.