Ajruplan tat-trasport Russu ġġarraf fis-Sirja fejn mietu s-26 passiġġier ta’ fuqu, flimkien mas-sitt membri tal-ekwipaġġ.
L-ajruplan, tat-tip An-26, messu dan id-destin waqt li kien nieżel fil-bażi tal-ajru ta’ Hmeimem, viċin il-belt Sirjana ta’ Latakia, maġenb il-kosta.
Is-sorsi Russi, sadanittant, għamluha ċara li l-ajruplan ma spiċċax il-mira ta’ xi sparatura.
Dan waqt li d-data u s-sorsi qed jindikaw li t-tiġrif tal-ajruplan seta’ kien dovut għal xi problemi tekniċi.
L-aħħar rapporti qalu li kienet għaddejja investigazzjoni dwar it-tiġrif meta kien mistenni li joħorġu d-dettalji ġodda aktar ma jgħaddi ż-żmien.
Ir-Russja ilha s-snin tagħti appoġġ kruċjali lill-Gvern tal-President Sirjan, Bashar al-Assad, meta s-Sirja ilha seba’ snin tbati l-effetti ta’ konflitt ċivili.
//= $special ?>

