– Claudio Grech, PN
Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu parlamentari fid-dibattitu dwar l-abbozz ta’ liġi biex jemenda diversi liġijiet (riorma fil-pensjonijiet tad-deputati), id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li r-rwol ta’ deputat imur lil hinn mill-ħidma parlamentari.
L-Oppożizzjoni appoġġjat din il-liġi. Fost il-miżuri proposti hemm dik li deputat jibda’ jieħu l-pensjoni wara li jkun serva leġiżlatura waħda u mhux tnejn kif kienet qabel.
Claudio Grech qal li l-Oppożizzjoni mhix topponi l-proposti tal-Gvern fuq bażi tal-prinċipju li membru parlamentari jkun elett biex jagħti servizz lill-poplu kemm jekk dan għamlux għal-leġiżlatura waħda jew għal iktar. Hu kompla li l-Opożizzjoni temmen li m’għandhiex issir distinzjoni għaliex id-deputat ikun ta s-servizz li hu jkun offra lin-nies u l-karriera tiegħu flimkien mal-professjonalità.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-servizz ta’ deputat u kompla li fis-soċjetà hemm rikonoxximent divers li mhux dejjem jirrifletti r-realtà ta’ dak li jseħħ fil-parlament u tar-rowl tad-deputat barra l-parlament. Il-kariga ta’ deputat għandha livelli differenti ta’ dak li tfisser minn rappreżentanza barra minn Malta għal-laqgħat mal-familji fi djarhom. Hu tkellem dwar il-popolarità tad-deputati, il-ħidma politika u l-aċċessibbiltà flimkien amr-rwol tad-deputat.
Dan id-dibattitu m’għandux isir fil-kuntest ta’ riforma kostituzzjonali, għakemm din għandha l-importanza tagħha. Is-sistema preżenti hi waħda magħmula biex toħloq idoli żgħar fuq livell distrettwali fejn id-deputat ma jkunx elett fuq ħidma politika nazzjonali iżda kemm fuq livell lokali d-deputat jista’ jwassal element ta’ rappreżentazzjoni parrokkjali.
Claudio Grech ppropona li d-deputati jkollhom preparazzjoni iktar teknika u li d-deputati jkollhom iktar fakultà biex internazzjonalment iwasslu l-potenzjal u l-ħila tal-pajjiż. Hu qal li d-deputati jridu jħarsu lejn diskussjonijiet bħal-listi tal-partiti, li n-nuqqas tagħhom iwasslu biex il-komeptizzjoni elettorali hi bejn il-kandidati tal-istess partit fid-distrett.
Għandha ssir diskussjoni dwar terminu ta’ żmien li d-deputati għandhom jagħmlu. Kważi f’kull pajjiż hemm sistema fejn il-pajjiżi jista’ jappunta t-teknkratiċi għaliex hawn nies abbli fi rwoli tekniċi jservu bħala ministri f’kabinett. Biex issir qabża politika jrid ikollna l-kurraġġ u l-ħila li jsir dibattitu dwar dawn l-aspetti, sostna Claudio Grech.
//= $special ?>