– Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-Awtorità tal-Ippjanar ma tirrikonoxxix il-ħidma tal-voluntiera mal-annimali abbanundati, tant li tatx permess għal cat cafè fil-Mosta; liema inizjattiva kienet se tgħin lill-qtates abbanundati biex dawn ikunu kkurati.
Fl-Aġġornament Ivan Bartolo tkellem dwar l-annimali u qal li dawn għandhom id-drittijiet tagħhom. Il-bniedem m’għandu qatt jaħqar lill-annimali, sostna Ivan Bartolo, li faħħar il-ħidma tal-Kummissarju tal-Annimali Manuel Buhagiar u lill-persuni li jaħdmu f’dawn is-settur.
Id-deputat nazjzonalista qal li l-gvern qed joħloq flejjes kbar biex jiġbor u jikkura l-annimali mweġġa’.Illum il-poplu sar iktar sensittiv għall-annimali tant li llum żdiedu ħafna l-persuni li jitimgħu lill-annimali.
Hu qal li kien hemm każ fejn f’San Vinċenz ingħatat ordni biex annimali li hemm f’Saa Vinċenz de Paule ma jingħatawx ikel. Kien indaħal il-Kummissarju li kien solva din il-problema l kienet tammonta għal diskriminazzjoni. Il-ħażin ma jsirx mill-annimal iżda mill-bniedem li suppost inaddaf warajh.
Id-deputat Nazzjonaliasta qal li l-UE ġabet ‘l quddiem diversi kwistjonijiet dwar l-annimali iżda jridu jkunu l-bnedmin li jitkellmu f’isimhom. L-UE tħeġġeġ għal-liġijiet dwar l-annimali iżda bla linji gwida. B’mod konkret għandu jsir xi ħaġa favur l-annimali fosthom dwar il-cat cafe’s.
F’Jannar 2016, il-Kunsill Lokali tal-Mosta kien ippropona li fil-kolonji tal-qtates jkunu organizzati cat cafe’s kif hemm f’diversi postijiet oħra f’Malta. Fl-Ewropa dawn l-ideat laħqu skali kbar iżda f’Malta dawn għadhom lura partikolarment fejn tidħol l-Awtorità tal-Ippjanar li m’għandhiex idea dwar is-suġġett u m’għandhiex fiduċja fil-voluntiera Maltin anki meta dawn inaddfu.
Xi ġimgħat ilu, wara xogħol qawwi fil-‘Blata l-Għolja’ l-Mosta, l-Awtorità tal-Ippjanarm laqgħetx it-talba tal-Kunsill lokali tal-Mosta għal cat cafè fiż-żona. Din il-proposta għal cat cafè fil-Mosta tgħin anki fis-saħħa tal-qtates abbandunati.
L-Awtorità tal-Ippjanar għandha tagħmel linji gwida dwar dan is-suġġett. L-annimali huma terapija għall-bniedem u parti integrali mill-ambjent tal-madwar. Id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar tkun kontra l-manifest elettorali Laburista li qabel l-aħħar elezzjoni kien wiegħed li l-kunsilli lokali se jingħataw appoġġ għall-inizjattivi tagħhom.
Ivan Bartolo qal li persuna li kkaġuna tbatija fuq żewġ ifrieħ ta’ qattusa weħel biss €1,000 waqt li żagħżugħ jibqa’ jġorr il-konsegwenzi tul ħatju kollha. Minkejja li jingħad li l-pajjiż jinsab fuq quddiem f’diversi setturi, is-settur tal-annimali l-pajjiż jinsab lura sew.
//= $special ?>