Internazzjonali

L-ewwel Senatur iswed fl-istorja tal-Italja…u ġej mil-Lega!

Toni Iwobi
Salvini tradizzjonalment huwa sinonimu mal-pożizzjoni iebsa tiegħu kontra l-immigranti

Tony Iwobi hu l-ewwel Senatur iswed fl-istorja tal-Italja. Dan hekk kif illum ġie konfermat ir-riżultat uffiċjali tal-vot illi kiseb.

Iwobi ilu 38 sena jgħix fl-Italja, u kkontesta fuq il-lista tal-Lega.

Matteo Salvini jixtieq illi jafdalu fir-responsabbilta’ tiegħu s-sigurta’ u l-immigrazzjoni.

Tony Iwobi għandu 62 sena u jgħix Bergamo, iżda b’oriġini Niġerjana.