Kurżitajiet

Peter Carbonaro jgħid li Nicole Kidman kienet qisha “bajda tal-Għid”

F'Net Live id-diskussjoni dwar min spikka fuq it-tapit l-aħmar waqt l-Oscars tal-Ħadd

“Kienet l-ewwel darba fl-Oscars illi l-attriċi Nicole Kidman ma impressjonatnix”.

Hekk stqarr il-preżentatur popolari Peter Carbonaro meta din il-ġimgħa kien mistieden f’Net Live. Preżenti miegħu għad-diskussjoni kien hemm l-istilista żagħżugħa Rosemarie Abela.

It-tnejn kellhom opinjoni differenti fuq l-għażla ta’ Nicole Kidman, b’Peter Carbonaro jgħid li kienet qisha “bajda tal-Għid”.