Ambjent Lokali

Restawr tat-Torri l-Ambjent: ċentru edukattiv dwar il-baħar

Il-mira ta' dan il-proġett tat-Torri l-Abjad hi li dawn it-tfal jingħataw esperjenza kulturali u ambjentali marbuta mal-baħar

It-Torri l-Abjad li nbena fl-1658 mill-Kavallieri ta’ Malta biex jgħasses l-ibħra lejn il-Grigal ta’ Malta, ingħata l-fondi mill-proġett NEMO li bis-saħħa ta’ dan il-proġett tfal bi bżonnijiet speċjali speċjali se jkunu jistgħu jattendu attivitajiet li jsiru fih.

Il-mira ta’ dan il-proġett tat-Torri l-Abjad hi li dawn it-tfal jingħataw esperjenza kulturali u ambjentali marbuta mal-baħar. Din l-Art Ħelwa hi responsabbli mir-riġenerazzjoni u restawr tat-Torri l-Abjad.

Il-proġett edukattiv NEMO hu ffinanzjat mill-Malta Community Chest Fund u l-fond għall-Organizazzjonijiet Volontarji. Il-proġett hu ffinanzjat ukoll mill-HSBC Malta Foundation u Atlas Insurance, minn National Lotteries Good Causes Fund u l-Ministeru għall-Ambjent.