Jibda t-twaqqiegħ ta’ binja li kienet qed tintuża għat-trobbija tal-annimali fl-Imrieħel. Il-każ idur ma’ raġel, Philip Borg, kien ilu għall-aħħar snin juża fabbrika abbandunata li kienet tintuża għall-manifattura tal-għamara f’post barra miż-żona tal-iżvilupp, li tinsab fl-Imrieħel, faċċata tal-Ambaxxata Libjana.
Lura f”Jannar, l-uffiċjali sabu għexieren ta’ tjur ta’ speċi differenti, fosthom madwar 300 tiġieġa, sriedak, ħamiem, 33 pappagall u tjur eżotiku ieħor. Dan minbarra fniek u qattus.
Jidher li l-Qorti ma laqgħetx il-mandat ta’ inibizzjoni mis-sid tal-post, fejn għalhekk beda t-twaqqiegħ. Sal-lum diġa’ saru żewġ fażijiet, dik li tneħħew l-annimali mill-post, u wara sar tindif tal-post. Issa fit-tielet fażi, beda t-twaqqiegħ tal-bini bl-iskop li l-art teġa’ ssir agrikola kif kien oriġinarjament. Il-medda ta’ art fiha 2,400 metru kwadru.
Is-sid ġie offrut li jieħu lura l-annimali, iżda s’issa għadhom qed jinżammu mill-awtoritajiet.
Jidher ukoll li hemm kwistjoni għaddejja, hekk kif is-Sid qed jitlob li jieħu lura kollox fosthom ammont kbir ta’ pannelli tax-xemx, iżda biex isir dan irid l-ewwel jitħalals kont li jleħħaq l-eluf ta’ ewro.
//= $special ?>