Bejn ilbieraħ u llum numru ta’ ħaddiema li kienu impjegati f’Karin Grech spiċċaw imkeċċija minn Steward Healthcare.
Qraba u ġenituri tal-impjegati li ingħataw is-sensji kkuntatjaw lil dan is-sit sabiex jaqsmu magħna l-esperjenza kerha li għaddew minnha fl-aħħar 24 siegħa.
L-aħbar kienet ikkonfermata minn NETnews.com.mt b’mod indipendenti minn żewġ sorsi differenti.
Aktar tard, anke l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ikkonferma li hemm numru ta’ impjiegi fil-livell amministrattiv illi qed jiġu affetwati b’dan iċ-ċaqliq.
Ftit tal-ġimgħat ilu l-Gvern ikkonferma li Steward Healthcare ħadu f’idejhom it-tliet sptarijiet li kienu għand il-VGH – l-isptar Karin Grech, l-isptar San Luqa u l-isptar Ġenerali t’Għawdex.
//= $special ?>