Wara l-artiklu li NET News tella’ dwar is-sitwazzjoni diżastruża li qegħdin jgħixu fiha numru kbir ta’ familji f’binja tal-appartament tal-Gvern fil-Ħamrun, jidher li ttieħdu passi dwar dan l-appartament li fih isiru l-abbużi tad-droga.
F’dan l-appartament, li kellu l-bieb sgassat u dejjem miftuħ, kienu jiġu numru ta’ persuni li kienu jikru l-post biex fih jabbużaw mid-droga. Apparti hekk, il-vittmi tad-droga kienu jħallu siringi u fliexken li bihom jieħdu d-droga fil-kuruturi tal-komun, u li għalhekk it-tfal fil-binja jistgħu faċilment isibuhom. Drabi oħra, r-residenti qalulna li dawn il-persuni li jabbużaw mid-drogi kienu anke jittaqbu fil-kuruturi, u waqt li jkunu taħt l-effett tad-droga ġieli jippassiġġjaw fil-kuturi – u b’riżultat ta’ dan ibeżżgħu lir-residenti.
Iżda issa jidher li l-bieb ta’ dan l-appartament ġie msakkar mill-awtoritajiet responsabbli, u saħansitra r-residenti stess weħħlu injama biex aktar jassiguraw li dan il-bieb ma jerġax jiġi sgassat.
Intant, dakinhar li NET News tella’ l-artiklu dwar l-appartament perikoluż, is-CEO tal-Awtorita’ tal-Housing Stephen McCarthy ikkummenta fuq l-artiklu u qal li se jinvestiga l-każ. Iżda madanakollu rrimarka, li meta tiġi għall-infurzar tal-liġi, dak hu xogħol il-Pulizija.
NET News se jibqa’ jsegwi l-każ.
Aqra l-artiklu sħiħ dwar dak li qed iseħħ f’din il-binja appartamenti tal-Gvern hawn taħt:
//= $special ?>FILMAT: Familji bi tfal jgħixu f’kerrejja qalb il-biża, l-abbużi u d-droga