Ambjent Lokali

WARA L-PRESSJONI TAL-PN: L-art ta’ Bulebel mhux se tinbena

F'Diċembru li għadda, il-bdiewa kienu rċivew ordni sabiex jevakwaw l-għelieqi tagħhom

Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, il-Gvern qal li mhux se jsir żvilupp fiż-żona magħrufa bħala Wied iż-Żrinġ f’Bulebel u se jara kif lanqas tintuża madwar 25% oħra mill-art li kienet ukoll identifikata għal żvilupp.

Dan kollu jfisser li l-Gvern se jkun qed jirtira mill-pjan oriġinali tiegħu. U dan wara pressjoni kbira li saret mill-għaqdiet ambjentali, mill-bdiewa taz-zona, mill-Partit Nazzjonalista u mill-Kap innifsu Adrian Delia.

Kien f’Diċembru li għadda meta l-bdiewa rċivew ordni sabiex iħallu l-artijiet tagħhom f’Bulebel, u jagħmlu spazju għall-fabbriki li kien qed jippjana l-Gvern.

L-art tammonta għal total 120,000 metru kwadru.

Sal-bieraħ stess, id-deputat Jason Azzopardi fil-Parlament propona li l-Awtorita’ tal-Ippjanar taqla’ l-art ta’ Bulebel ‘il barra miz-zona industrijali b’emenda għall-Pjan Lokali. B’hekk qatt iktar ma tkun tista’ tiġi kkunsidrata għall-iżvilupp ta’ fabbriki. Iżda l-Gvern ma tax dan l-impenn.

Il-Kap tal-PN meta fi Frar iltaqa’ man-nies taż-Żejtun