Għawdex Lokali

AĠĠORNATA: L-għaddas f’Marsalforn jitla’ waħdu mill-baħar

It-tfittxija qed issir fl-istess post fejn mietet persuna oħra ġimgħa ilu

Raġel li kien qed jiġi mfittex mill-Pulizija u mill-Forzi Armati ta’ Malta fl-inħawi tax-Xwejni f’Marsalforn, tela’ waħdu mill-baħar.

Dan hekk kif fil-ħinijiet li għaddew, il-Pulizija u membri tal-AFM kienu għaddejin bi tfittxija għal għaddas Ingliż li ġie rappurtat nieqes f’Għawdex.

It-tfittxija kienet qed issir fl-inħawi tax-Xwejni, limiti ta’ Marsalforn.

Ritratti li kiseb dan is-sit juru lill-mara tal-għaddas li kienet qed tgħin lill-Pulizija fl-istħarriġ. Filfatt, is-sorsi tagħna qalulna li kienet hi li għamlet ir-rapport.

L-Ingliż hu residenti fiż-Żebbuġ Għawdex.