Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Gianluca Escobar; żagħżugħ ta’ 29 sena li kien irrapurtat nieqes lill-Pulizija jumejn ilu.
Gianluca, li għandu għajnejh kannella u xagħru qasir iswed, deher l-aħħar fl-4 ta’ Marzu fl-inħawi ta’ tas-Sliema. Jista’ jkun li jinsab ukoll fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224 001 jew 119.
Informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija ukoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.
//= $special ?>