Dalgħodu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien qed isir il-funeral ta’ Paul Muscat, li nhar il-Ġimgħa nstab mejjet f’kamra fi Mġarr ix-Xini flimkien ma’ Diane Ainsley.
Jidher li l-koppja kienet mietet wara li ħareġ xi gass waqt li kienu fil-kamra. Dwar dan il-każ inħatret inkjesta mill-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri.
Paul Muscat li kellu 59 sena kien Kaptan tal-Gozo Channel u missier ta’ żewġt itfal, li waqt li kien minn B’Bugia, kien residenti f’Ta’ Sannat, waqt li l-mara, Dian Ainsley kellha 52 sena.
Ritratt: Martin Agius

//= $special ?>FILMAT: L-aħħar vjaġġ abbord il-vapur t’Għawdex għall-Kaptan Paul Muscat