Lokali

FILMAT: Kemm dam jinstaq il-vann involut fil-ħruq ta’ karozza fil-Ħamrun u minfejn għadda?

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Il-vann li kien involut fil-ħruq ta’ karozza fil-Ħamrun saq għal madwar 260 metru f’madwar żewġ minuti u nofs, minn Triq San Vinċenz għal Triq Ħal Qormi.

NETnews.com.mt għamel dan l-eżerċizzju, hekk kif il-Pulizija qed tinvestiga l-fatt li l-karozza fi Triq San Vinċenz ingħħatat in-nar minn persuna jew persuni li kienu abbord il-vann, li iżda wkoll ħa n-nar aktarx għax intlaqat mil-likwidu użat biex inqabdet il-karozza.

Madankollu, il-persuna jew persuni involuti reġgħu rikbu fil-vann, li nstaq sakemm tħalla fuq il-bankina fi Triq Ħal Qormi. Dan hekk kif hu mifhum li n-nar fil-vann tant ħa li kien se jirriżulta f’periklu għall-persuna jew persuni abbord.