Lokali

FILMAT: “Kemm kienet aħjar il-ħajja qabel” – Marì tagħlaq 106 snin

Intervista ma’ Maria Farrugia, anzjana li llum għalqet 106 snin. Ħajja sempliċi li kienet issawwar is-soċjetà Maltija tal-passat. Marì għexet dan u ovvjament xi praspura ‘l hemm u ‘l hawn ma tonqosx ukoll.

Intervista: James Aaron Ellul, Muntaġġ: Raphael Farrugia, Filmat: Victor Abela, Ritratti: Martin Agius.

Dlonk tħares madwarha mill-ewwel tilmaħ għadd ta’ kartolini li rċeviet mingħand il-qraba għal għeluq il-106 sena. Maria Farrugia qaltilna li qed tħossha “Mhux ħażin għall-grazzja t’Alla”, meta staqsejniha kif qed iħossha, bi tbissima fuq fomma u b’għajnejha jleqqu.

Twieldet fis-7 ta’ Marzu tal-1912 fil-Ħamrun, u tista’ tgħid ilha tgħix f’din il-lokalita’ għomra kollu. Qaltilna li laħqet iż-żewġ gwerrer iżda l-ewwel waħda ma tiftakar xejn, iżda mit-Tieni Gwerra Marì għandha tifkiriet xejn sbieħ. Hija fit-Tieni Gwerra Dinjija tilfet ‘il ħuha, u għalhekk dak iż-żmien tarah aktar aktar u aktar bħala żmien iswed.

Hija qaltilha li ftit li xejn kienet tinżel fix-xelter, għax kienet tibża ħabba l-mard. Marì stqarret magħna li dak iż-żmien kienet komuni l-marda tal-iScabies, marda li kienet taffetwa sew il-ġilda, u għalhekk hija kienet tibża. Marì qaltilna wkoll li waqt air-raid hija kienet toqgħod ġewwa, oħtha ġieli kienet tinżel fix-xelter u ommha kienet toqgħod fejn il-bieb.

Ħuha kien joqgħod idur bit-terramaxka fit-toroq viċin id-dar, il-ftit li kien jaqla’, kien jagħti lil ommu.

Ħuha Pawlu li miet fil-gwerra kien ta’ spiss joqgħod idur bit-terramaxka, mill-ftit li kien jaqla’, kien jagħti lil ommu.

Id-diskussjoni kompliet fuq dak temporanju u malajr tkellimna fuq iż-żmien ir-Randan. Hija qaltilna li qabel kienu jsumu ħafna in-nies, differenti mil-lum il-ġurnata. Qabel kienu jieklu ftit li xejn tul il-jum, iżda issa ovvjament iż-żmien sar differenti. Marì qaltilna li qabel kienu jieklu biss patata u minestra u forsi xi għaġin, illum dan m’għadux jagħmel differenza anzi pjutost il-kontra. Saqsejna l-Marì jekk bħalissa hi ssumx, hija qaltilna li meta tista’ ssumm, madanakollu b’nofs tbissima qaltilna li ġieli meta jaqbadha l-ġuħ, taqbad u tiekol.

Marì tirrakonta praspura li kienet għamlet meta kellha 13-il sena u ommha kienet l-isptar. Hija kienet pruvat tagħmel xi ħaġa ta’ ġid imma swieta ta’ deni. Marret tneħħi l-ħwejjeġ minn fuq il-bejt u poġġiethom fil-“barmil”, il-barmil iżda kien mtaqqab u kollox baqa’ nieżel mal-art. B’hekk il-ħwejjeġ tħammġu.. u għalxejn il-ħasla!

Saqsejna l-Marì fejn kienet tmur fis-sajf, hija qaltilna li ħafna drabi kienu jmorru jew San Pawl il-Baħar u waqtiet ġieli anke l-Mellieħa. Hemm kient tgħum u ħafna Maltin kienu joqgħodu jilgħabu t-tombla, speċjalment f’San Pawl il-Baħar. Dak iż-żmien il-mezzi tat-transport kienu permezz tal-karozzin jew bil-karozza tal-linja.

Il-libsa ta’ Marì, qabel ma’ għamlet li kellha tagħmel il-mogħża li kienet daħlet fid-dar tagħhom.

Hija iżda tiftakar il-ferrovija u din kienu ftit li xejn jużawha, madanakollu darba kienu ħarbu l-barrin u marru fuq l-binarji tal-ferrovija u l-ferrovija baqgħet għaddejja minn fuqhom. Ħuha wara ħa batikata kbira għax kellu joqgħod jaqta’ l-irjus ta’ dawn il-barrin u jara jekk il-laħam għadux tajjeb jew le biex tal-anqas jinbiegħ għal xi ħaġa.

Marì qaltilna li meta kella 16-il sena hija kellha libsa li kilitilha l-mogħża. Hija rrakuntat x’ġara meta ħalliet il-libsa fuq is-siġġu u fid-daqqa u l-ħin daħlet mogħża minn barra, qabdet il-libsa tagħha u daħlitha f’ħalqha. Il-mogħża infatti kienet belgħat ġa biċċa mil-libsa tagħha.

Titbissem bin-nostalġija, Marì qaltilna li l-ħajja qabel kienet ferm aħjar, fis-sempliċità li hija tant tgħożż. Żmien tassew differenti. Żgur mhux forsi hu li ta’ 106, Marì tħossha kuntenta li bil-grazzja t’Alla u b’dik tal-familja hija ghexet dawn is-snin kollha.

Intervista: James Aaron Ellul, Muntaġġ: Raphael Farrugia, Filmat: Victor Abela, Ritratti: Martin Agius.