Filmat mhux tas-soltu minn kameras tas-sigurtà li qabdu dak li seħħ fi Triq il-Molletta, fis-Swieqi.
Dan hekk kif mara marret iċċaqlaq boroż taż-żibel li ħarġu qabel il-ħin, biex ma tħallihomx jiġru fit-triq u possibbilment jitqattgħu minn xiklieb jew qtates. Iżda kif ċaqilqet il-borża ħasset xi ħaġa tiċċaqlaq, sakemm fl-aħħar ħareġ far.
Il-biża’ tar-residenti hi li dan mhux episodju uniku, u li dan il-far hu biss wieħed minn ħafna iktar fiż-żona. Persuna oħra waħħlet fil-bini bla rażan fiż-żona, li qed iwassal biex ġrieden u firien jispiċċaw jiġru barra.
//= $special ?>