Dawn is-sentejn li ġejjin se jkunu l-aħħar terminu ta’ Sandro Chetcuti fit-tmexxija tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA). Dan ikkonfermah hu stess waqt il-programm NET LIVE tal-bieraħ, fejn kien mistieden flimkien mal-President Eżekuttiv ta’ Din l-Art Ħelwa Marioa Grazia Cassar.
Chetcuti spjega li wasal iż-żmien illi ssir tranżizzjoni fit-tmexxija tal-MDA għalkemm hu wera x-xewqa li jibqa’ direttament involut.
Id-diskussjoni fuq Net Television iffukat fuq il-bżonn ta’ tibdil fil-Local Plans, il-kwistjoni tat-torrijiet li qed jinbnew u l-ħtieġa li jitħarsu ċ-ċentri tal-lokalitajiet.
//= $special ?>