“Joseph Muscat ma’ zammx kelmtu meta qal li Steward kienu se jżommu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fl-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. 17 il-ħaddiem mhux talli ma żammewx l-istess kundizzjonijiet iżda talli tkeċċew mill-post tax-xogħol tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista juri solidarjetà ma dawn il-ħaddiema.”
Qal dan il-PN fi stqarrija dwar l-aħbar żvelata dalgħodu mis-sit netnews.com.mt.
Bid-deal dubjuż li bih il-Gvern biegħ tliet sptarijiet pubbliċi marru ħażin t-taxpayer, il-pazjent u l-ħaddiema. Vitals ħadu €50 miljun minn ħalq il-poplu Malti u l-unika differenza li ħallew warajhom hija t-toqba kbira ħdejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. L-istudenti baqgħu mingħajr skola medika ġdida. L-apparat mediku nbiegħ għal €1 biss u 63,000 pazjent għadhom jistennew l-ewwel appuntament, u issa l-ħaddiema qed jitkeċċew mill-post tax-xogħol.
“Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista se jibqgħu jiddefendu lill-poplu Malti. Dr Delia diġà fetaħ kawża fil-Qorti biex din tiddikjara l-ftehim mal-Vitals null u l-isptarijiet jerġgħu jingħataw lura lill-poplu,” ittemm tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>