Lokali Parlament

Il-‘ġbejna’ terġa’ ssib postha fil-parlament

Il-Gvern iddieċieda li ma jiħux passi kontra d-deputat tal-PD Marlene Farrugia li indirizzat lis-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri bil-kelma ‘ġbejna’ waqt seduta ta’ kumitat parlamentari.

Din il-pożizzjoni kienet espressa llejla mid-Deputat Prim Ministru u Kap tal-Kamra Chris Fearne wara li l-Ispeaker Anġlu Farrugia reġa’ talab lil Marlene Farrugia biex tirtira dan l-insult fil-konfront tas-Segretarju Parlamentari Camilleri.

Marlene Farrugia irrifjutat li tirtira l-klema ‘ġbejna’.

Quddiem din il-pożizzjoni l-Ispeaker talab lill-Kap tal-Kamra biex jiddeċiedi x’passi jittieħdu iżda d-Deputat Prim Ministru qal li l-pożizzjoni tal-Gvern kienet li l-każ jingħalq hemm u ma jittieħdux passi. Is-Segretarju Parlamentari sostna li hu kien ħassu urtat ibl-kelma ‘ġbejna’ għaliex din kienet indirizzata għall-Għawdxin.

Marlene Farrugia qalet li Clint Camilleri insulentaha billi qallha ‘klarinett’ u sostniet li Clint Camilleri kien ħaqqu li jissejjaħ ‘ġbjena’. Hi ċaħdet li kellha intenzjoni li tinuslenta lill-Għawdxin.

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil intervjena u qal i anki hu u l-Prim Ministru kienu insulentati fil-parlament iżda ma ttieħdux passi kontriehom. Hu appella biex il-ġustizzja titwettaq ma’ kulħadd bl-Ispeaker iwieġeb li dan mhux minnu.

Tags