Lokali Parlament

Il-Gvern ma jweġibx dwar il-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni għal trasport pubbliku b’xejn għaż-żgħażagħ

#MartinAgius #PhotoJournalist #Photographer #Photography #Photo #Image #Pic #Malta

Fil-parlament llejla l-Gvern baqa’ sieket quddiem il-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li ppropona li t-trasport pubbliku jkun b’xejn għaż-żgħażagħ kollha, proposta li bħalissa mhix implimentata.

Kien il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni David Agius li fil-ħin tal-mistoqsijiet llejla talab ruling lill-Ispeaker għall-mod kif fis-seduta tal-bieraħ il-Ministru Ian Borg ma kkwotax b’mod krorett lill-Kap tal-Oppożizzjoni u ta l-impressjoni li l-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni hi diġà mwettqa.

David Agius qal li dan ma kinx minnu għaliex il-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni mhix dik implimentata mill-Gvern għaliex bħalissa mhux iż-żgħażagħ kollha jistgħu jużaw it-trasport pubbliku b’xejn.

Quddiem din il-pożizzjoni, id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone reġa’ insista li l-Ministru Ian Borg jispjega d-differenza bjen l-pożizzjoni tal-Gvern u l-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Ministru Ian Borg wieġeb biss li l-gvern qed jimxi skont il-proposta fil-manifest elettorali Laburista li jkun implimentat f’ħames snin.