Il-Papa Franġisku ħatar Nunzju Malti ieħor. Wara li ħatar lil Mons. Alfred Xuereb Nunzju Appostoliku tal-Korea t’Isfel, issa l-Papa innomina lill-Mons. Joseph Spiteri bħala Nunzju Appostoliku tal-Libanu.
Mons. Joseph Spiteri, li hu wkoll Arċisqof Titulari ta’ Serta, se jibqa’ wkoll Arċisqof.
S’issa, Mons. Spiteri kien qed iservi bħala Nunzju Appostoliku fil-Kosta tal-Avorju. Hu kien appuntat f’dan l-irwol fl-2013.
Mons. Spiteri twieled f’Tas-Sliema fl-1959 u kien ordnat għas-saċerdozju fl-1984.