Rapport ieħor jikkundanna l-mod kif qed jitħaddem il-programm tal-bejgħ tal-passaporti, din id-darba mill-Organised Crime and Corruption Reporting Project. L-OCCRP imħassba kif l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittandanza qed tagħti lok għall-abbuż u timmina il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea u pajjiżi ġara.
Malta qiegħda tiġi investigata flimkien ma’ 6 pajjiżi oħra; l-Awstrija, Ċipru, l-Ungerija, il-Latvija, il-Litwanja u l-Polonnja, dwar in-nuqqas ta’ trasparenza u skrutinju fil-bejgħ tal-aċċess għaż-żona Schengen u ċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea lill-investituri barranin. Ir-rapport ġie saħansitra kkwotat mill-għaqda dinjija Transparency International.
Ir-rapport jgħid li hemm segretezza kbira fuq min jixtri dawn il-‘Visas tad-Deheb’ minn dawn is-7 pajjiżi, partikolarment meta l-poplu jibqa’ fil-għama dwar l-investimenti, l-investituri u l-oriġini ta’ ġidhom, kawża tan-nuqqas kbir ta’ skrutinju serju. Fin-nuqqas ta’ skrutinju pubbliku u mill-mezzi tax-xandir, l-iskemi tal-bejgħ tal-passaporti jagħtu lok lill-politiċi u uffiċċjali pubbliċi jevitaw il-prosekuzzjoni u jaħbi flusu barra minn pajjiżi.
Il-viċi kap ta’ Transperancy Internatinal fil-Portugal jinsab imħasseb serjament dwar kif dawn il-flus maħmuġa qed jinħaslu fis-suq tal-propjetà u skemi bħal dawn jiffaċilitaw dan evidentament.
//= $special ?>