– Claudio Grech, PN
F’diskors waqt id-dibattitu parlamentari fl-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni tal-Psikjatrija, id-deputat Nazjzonalista Caludio Grech qal li l-gvern għandu jitratta l-qasam soċjali bi prijorità kbira bl-investiment isir fis-setturi li qed jagħtu kontribut dirett lil dan is-settur.
Claudio Grech qal li dan hu settur li għandu sfidi kbar u appella biex l-ekonomija ma tibqax titkejjel biss bil-metrika tal-GDP iżda bil-mod kif il-ġid qed titqassam u jinħoloq fl-ambjent tal-pajjiż. Għalhekk l-iżvilupp ekonomiku jrid jingħaqad mal-użu tal-ġid bi prijorità fuq is-setturi tas-soċjetà li jinsabu fil-faqar jew fir-riskju ta’ faqar.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż għandu jkollu qafas b’saħħtu biżżejejd ta’ riżorsi biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tal-pajjiż. Il-pajjiż għandu jipprovdi wkoll l-għodda moderna teknoloġika lill-ħaddiema li jaħdmu b’mod effettiv fis-settur. Il-Gvern għandu jibda jħares lejn il-qasam soċjali bi prijorità u għandu jalloka l-fondi f’oqsma li jagħtu valur dirett lil min għandu bżonn biex il-prijorità tingħata lil min jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma soċjali.
Claudio Grech tkellem dwar is-settur mhux governattiv li ma jagħmilx ix-xogħol għall-profitt u apppella biex dawn l-operaturi jibdew jipprovdu servizzi soċjali flimkien ma’ aġenziji pubbliċi. Fil-pajjiż diġà jeżisti dan il-kunċett iżda mill-ftit inċentivi volontarji preżenti, il-pajjiż irid jagħti prijorità lil dawn l-organizzazzjonijiet volontarji.
Dwar il-pensjonijiet, Claudio Grech qal li din hi l-ikbar sfida li għandu l-pajjiż iżda ftit hawn diskussjoni dawrha. Hu saħaq fuq l-importanza tal-adegwatezza tal-pensjonijiet biex l-anzjani ma jitilfux id-dinjità tagħhom meta ma jibqgħux jaħdmu.
Irid isir ukoll investiment fit-tfal, sostna Claudio Grech, li kkritika lill-Gvern li vvota kontra emenda tal-Oppożizzjoni biex fil-liġi dwar il-vjolenza domestika t-tarbija fil-ġuf tibqa’ rikonoxxuta bħala parti mill-familja. Din hi inkonsistenza kbira mill-gvern.
L-Oppożizzjoni taqbel mal-proposti mressqa u temmen li din hi profesjsoni li timmerita rikonoxximent speċifiku għaliex hi element importanti fis-settur tal-kura tas-saħħa mentali. Il-pajjiż għandu jieħu l-azzjonijiet meħtieġa anki fl-iskejjel fejn hemm pressjonijiet, fl-aspetti sportivi, tad-diżabbiltà u tal-mard.
//= $special ?>