Lokali Parlament

Jeħtieġ pjan ħolistiku dwar il-kura fil-komunità u dik mentali…problemi kbar bid-drogi sintetiċi

– Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri appella biex il-kura mentali tkun trattata bi pjan ħolistiku ta’ kura fil-komunità.

Fil-parlament Stephen Spiteri tkellem fuq l-importanza tal-kura mentali u appella biex dan is-settur jingħata spinta ‘il quddiem fil-pajjiż. Dan hu xieraq għax il-pazjenti jixirqilhom l-aqwa kura u spartijiet iżda fil-pajjiż dan hu nieqes. Madwar id-dinja, il-mard mentali qed jikber b’rata iktar minn mard ieħor u għalhekk il-pajjiż għandu jkun proattiv biex il-pajjiż jilqa’ l-isfidi.

Dan għandu jsir bi pjan fit-tul fuq madwar 20 sena iżda jeħtieġ ukoll li jsir pjan immedjat għaliex il-kura tas-saħħa mentali trid tkun imtejba b’mod serju. M’għandux ikun aċċettat li l-pajenti jkunu kkurati fi swai mhux xierqa. Mhux aċċettabbli li fl-Isptar Monte Carmeli jkun hemm tleqa u pajznti li ilhom snin jinżammu hemm.

Dwar dan għandha tintrefa’ responsabbiltà politika u l-Gvrrn u l-Oppożizzjoni għandhom jaħdmu flimkien biex dan is-settur jkun tal-aqwa kwalità. Dan is-settur għandu jirrifletti l-andament tal-ekonomija tal-pajjiż, sostna Stephen Spiteri.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn il-pazjenti jixiriqlhom kura tal-ogħla livell waqt li jkunu indirizzati wkoll il-familji tal-pazjenti li huma inkwetati bis-sitwazzjoni preżenti. Il-problema fil-kur tas-saħħa mentali hi waħda wiesgħa li ma tolqotx biss il-kura mentali iżda teħtieġ kura ħolistika bi trattament u direzzjoni li tintlaqat il-parti u jkun indirizzat l-aspett soċjali u l-aspett edukattiv tal-pazjenti.

Il-pjan għall-kura fil-komunità jeħtieġ numru ta’ infermiera u psikologi professjonali. Il-fejqan ma jinkisbx biss bil-kura iżda bit-terapija u l-appoġġ, sostna Stephen Spiteri, li qal li d-droga sintetika qed twassal għal numru kbir ta’ pazjenti li qed jiddaħħlu f’Monte Carmeli wara li jkunu esperimentaw bid-droga. Is-swali m’għadhomx jesgħu lil dawn il-pazjenti.

Jeħtieġ kampanja edukattiva li tibda mill-iskejjel, sostna Stephen Spiteri, li kompla li s-soċjetà għandha bżonn kampanja edukattiva. Jeħtieġ ukoll koordinazzjoni bejn il-professjonisti li jaħdmu f’dan is-settur. Mingħajr it-taħriġ ikun hemm diversi nuqqasijiet fil-konfront tal-pazjenti. Għalhekk għandu jkun hemm qbil unanimu fil-parlament dwar din il-ħidma. Il-pazjenti għandhom ikunu protetti biex ma ssirilhomx ħsara minkejja li t-terapija tkun qed issir biex il-pazjenti ma jipsiċċawx agħar milli huma.