Ftit mumenti wara t-tlugħ tal-poloz għall-Kampjonat Ewropew, il-kowċ nazzjonali Malti tal-Waterpolo Karl Izzo tkellem ma’ Net News dwar ir-reazzjoni tiegħu għall-avversarji tat-tim Malti.
“Konna nafu li qed nistennew polza diffiċli għaliex it-timijiet li jinsabu fil-Kampjonat Ewropew kollha huma b’saħħithom. Xtaqt kieku fil-grupp kellna magħna lit-Turkija jew lil Georgia għaliex huma aktar timijiet tamparna, imma aħna l-logħbiet tagħna se jkunu dawk tal-placings.”
“Xi ħaġa sabiħa se tkun li bħal ma ġara f’Belgrad se nilagħbu kontra l-pajjiż organizzatur u għalhekk il-logħba kontra Spanja se tkun ġurnata emozzjonanti. Fl-aħħar snin qatt ma lagħbna kontra l-Montenegro u kontra Franza nittama li nagħtu logħba tajba għaliex hu l-anqas tim minnhom.”
“Kif dejjem għidt li ninsabu hawn hi diġà esperjenza sabiħa u se jkunu ġimagħtejn twal. Qed naħdem mal-President Joe Caruana Curran biex ikollna preparazzjoni u madwar ġimgħa oħra nippruvaw infasslu kif se naħdmu anki għaliex minħabba li jkun għaddej il-kampjonat tas-sajf se jkun ftit diffiċli.”
//= $special ?>