Internazzjonali

L-ITALJA TISTENNA: Kemm Di Maio u anke Salvini qed jimbuttaw għat-tmexxija

Iċ-ċelebrazzjoni tal-Movimento 5 Stelle
S'issa ma hemm l-ebda ħjiel ta' kif se jiġi ffurmat il-Gvern

“Iridu jiġu għandna biex jiffurmaw Gvern ġdid”.

Dikjarazzjoni ċara li għamel ilbieraħ il-Mexxej tal-Movimento 5 Stelle Luigi di Maio waqt rally li organizza għall-partitarji tiegħu.

Di Maio stqarr illi ċ-5 Stelle huma qawwa nazzjonali, u mhux territorjali. Dan b’referenza għall-fatt li Salvini, il-Mexxej tal-Lega, rebaħ iz-zona kollha tat-Tramuntana. Il-partit ta’ Luigi di Maio mhux biss rebaħ in-naħa t’isfel tal-pajjiż, iżda kellu riżultati tajbin anke fin-naħa ta’ fuq.