Ftit tal-ħin ilu fi Spanja telgħu l-poloz tal-Kampjonat Ewropew tal-LEN tal-Waterpolo, bit-tim Malti jkun fil-polza għat-tieni edizzjoni konsekuttiva wara li s-Sibt li għadda kkwalifika għas-spejjeż tal-Belarus.
Malta telgħet fi Grupp B flimkien mal-Montenegro, Spanja u Franza. Fl-aħħar edizzjoni f’Belgrad, it-tim Malti kien tela’ fil-polza mas-Serbja, il-Kroazja u Franza u b’hekk it-tim Malti se jerġa’ jilgħab kontra t-tim Franċiż.
Il-format tal-logħob se jibqa’ l-istess bħal sentejn ilu b’erba’ gruppi ta’ erba’ timijiet. Wara li kulħadd jilgħab kontra xulxin, ir-rebbieħa tal-gruppi jikkwalifikaw direttament għall-kwarti tal-finali, filwaqt li dawk li jispiċċaw it-tieni u t-tielet fil-gruppi jilagħbu kontra xulxin, b’dawk li jispiċċaw fir-raba’ post jilagħbu għal bejn it-13 u s-16-il post.
It-timijiet li spiċċaw fl-ewwel erba’ postijiet fl-aħħar edizzjoni kienu fl-ewwel pot. Dawk li spiċċaw bejn il-ħames u t-tmien post kienu fit-tieni pot fejn fost it-timijiet kien hemm iċ-champions tad-dinja l-Kroazja u r-rebbieħa tal-midalja tal-bronż fl-Olimpjadi l-Italja. It-tmien timijiet li kkwalifikaw kienu kollha fit-tielet post.
Il-Kampjonat Ewropew li se jsir bejn l-14 u t-28 ta’ Lulju f’Barcelona, se jintlagħab fil-Pixxina Bernat Picomell li hi l-pixxina prinċipali li fiha saru l-avvenimenti tal-waterpolo u l-għawm fl-Olimpjadi tal-1992, il-Kampjonati tad-Dinja fl-2013 u t-tournament tal-Aqwa Sitta taċ-Champions League fl-2014 u l-2015.
Il-gruppi kollha
Grupp A: Ungerija, Italja, Ġermanja, Georgia
Grupp B: Montenegro, Spain, Malta, Franza
Grupp Ċ: Greċja, Kroazja, Olanda, Turkija
Grupp D: Serbja, Russja, Rumanija, Slovakkja
Kampjonat Ewropew tan-nisa
Qabel it-tlugħ tal-poloz tal-Kampjonat Ewropew tal-irġiel, telgħu wkoll il-poloz tal-Kampjonat Ewropew tan-nisa.
Il-gruppi
Grupp A: Iżrael, Olanda, Franza, Greċja, Kroazja, Italja
Grupp B: Serbja, Russja, Ungerija, Spanja, Turkija, Ġermanja
//= $special ?>