Lokali Saħħa

FILMAT: Imkeċċi mix-xogħol wara li stqarr fuq it-televiżjoni li għandu kundizzjoni bipolar

Illejla fuq Net TV Alessandro qal li "mhux se jieqaf hawn"

Jidher li mhux kulħadd huwa lest jiġbed l-istess ħabel fil-qasam tas-saħħa mentali hekk kif Alessandro Salerno tkeċċa mix-xogħol wara li l-Ġimgħa 16 ta’ Frar żvela fuq NET Live li jbagħti minn diżordni bipolari.

Malli dan irritorna lura fuq il-post tax-xogħol, jidher li ġie nterrogat min-nies li jimpejgawh u ftit wara ngħata s-sensja. Huwa kkonferma dan permezz ta’ telefonata fuq NET Live.

Il-mara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Nickie Vella de Fremeaux, sejħet din is-sensja mhux etika, deplorabbli u diżgustanti. Bħala ambaxxatriċi ta’ StoptheStigma, appellat lill-pubbliku jgħin sabiex jinstab xogħol ġdid għal dan ir-raġel vulnerabbli.

Hi qalet li l-mard mentali għandu jitqies bħall-uġiegħ fiżiku għaliex hija kundizzjoni mposta fuq il-bniedem u mhux għażla tiegħu.

Alessandro Salerno mhux ħaddiem ta’ Besedo

Intant, fi stqarrija, Besedo Ltd għamlu kjarifika fejn qalu li huma ma kienux qed iħaddmu lil Alessandro, kif forsi setgħet ingħatat l-impressjoni. Għalhekk, Besedo mhix il-kumpanija li allegatament keċċiet liż-żgħażugħ.

Hu kien impjegat ma Besedo sa Jannar 2018, filwaqt li hu deher fuq it-televiżjoni fix-xahar ta’ wara.

Besedo Ltd fl-istqarrija faħħret lil Alessandro għall-kuraġġ li kellu biex jitkellem kontra l-istigma.

ARA: L-intervista ma’ Net Live ftit tal-ġimgħat ilu