Internazzjonali

Is-sid tal-Amazon l-aktar sinjur fid-dinja

Ir-rivista rinomata Forbes ippubblikat il-lista tal-aktar nies sinjuri fid-dinja. Fl-ewwel post issa hemm Jeff Bezos, is-sid tad-ditta Amazon filwaqt li Bill Gates li kien jokkupa din il-kariga spiċċa fit-tieni post.
Il-President Amerikan Donald Trump jinsab fis-766 post tal-aktar persuni sinjuri fid-dinja b’ġid ta’ 3.1 biljun dollaru. Mark Zuckerberg ta’ Facebook hu l-ħames fil-lista.

Lista li skont il-Forbes din id-darba hemm numru rekord ta’ biljunarji….total ta’ 2,208. Il-maġġoranza huma fl-Istati Uniti u wara fiċ-Ċina.

Agħafas hawn għal-lista sħiħa tal-Forbes